Kulħadd irid jiffirma lil Edouard!

    Diversi clubs Ewropej qed isegwu b’interesskbiril-progress tal-attakkant ta’ Celtic, Odsonne Edouard. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u spikka fit-team nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena meta skorja hat-trick fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra s-Slovakkja. Diversi scouts ta’ clubs Ewropej marru jaraw b’għajnejhom stess lil dan il-plejer li jingħad li ħalla impressjoni tajba.

    Sadanittant tliet timijiet Taljani, team Franċiż u ieħor Ġermaniż jinsabu interessati fis-servizzi tiegħu. Dawn huma Lazio, Roma, Napoli, Borussia Dortmund u Olympique Lyon li diġá wrew ix-xewqa li jirreġistraw lil dan l-iskorer prolifiku.

    Ma’ Celtic, Edouard lagħab 39 partita u skorja ammont impressjonanti ta’ 20 goal.