“Imnalla ma kienx hawn il-kameras fil-passat... żegilgu tnejn ta' tfal li huma”

    “Imnalla ma kienx hawn il-kameras fil-passat għax kieku hawn nofs il-Maltin fuq Facebook”. Dan kien wieħed mill-kummenti li segwew filmat li qiegħed jinxtered fil-midja.

    Fil-filmat li qiegħed jinxtered jidhru żewġt itfal li għall-ewwel jittawlu minn wara vettura, jersqu biex jidhru u meta jaraw li l-karozza li kienet ġejja waqfitilhom biex jaqsmu, jagħmlu “dak li ħafna minnha kienu jagħmlu meta kienu iżgħar”.

    It-tfal jidhru jaqsmu sa nofs it-triq, jieqfu, jżegilgu tnejn biex jiġbdu l-attenzjoni u aktar tard jaħarbu jiġru. Oħrajn li kkummentaw qalu li dawn it-tfal qegħdin jagħmlu “ftit minn dawk l-affarijiet li konna nagħmlu meta konna iżgħar u li mnalla dak iż-żmien ma kinux jeżistu kameras.”

    Intant dan is-sit jieħu l-opportunità biex jappella għal aktar attenzjoni waqt is-sewqan għax minkejja li f’dan il-każ l-istudenti kienu attenti kif jiċċajtaw, tfal oħra setgħu qasmu b’anqas ħsieb u b’hekk faċilment jiġi evitat inċident stradali.