Ekonomisti jilqgħu l-iżvilupp ekonomiku

    Il-baġit għas-sena 2020 jiffoka fuq is-sostenibbiltà għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ Malta b’miżuri favur il-familja, l-ambjent, il-pensjonanti u persuni b’diżabilità fost l-oħrajn.

    Għal darb’oħra l-Gvern ma introduċiex taxxi ġodda, il-pajjiż reġa’ kellu surplus u d-dejn nazzjonali mistenni jkompli jonqos. Dan il-baġit huwa wieħed għaqli għal soċjetà aktar ġusta, jaħseb f’kulħadd u jħares lejn l-isfidi ġodda ta’ żminijietna fuq skala lokali u globali. Dan is-sit ħa l-kummenti tal-ekonomisti Philip von Brockdorff, Alfred Mifsud u Gordon Cordina biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-miżuri mħabbra f’dan il-baġit għas-sena d-dieħla fejn Malta mistennija tkompli għaddejja fi żvilupp ekonomiku kbir li jġib miegħu opportunitajiet ta’ investimenti u sfidi għal tkabbir sostenibbli.