“Istħu! Ġibu rispett… qegħdin tagħmlu dan għall-kameras” - Oħt DCG tikkonfronta lil Delia

    Waħda miż-żewġt aħwa ta’ Daphne Caruana Galizia kkonfrontat pubblikament lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia wara li flimkien ma’ delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista marru jqiegħdu kuruna tal-fjuri quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir f’għeluq is-sentejn mill-qtil ta’ oħtha.
    Il-kommossjoni nqalgħet aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m meta l-Kap tal-PN resaq quddiem il-monument biex ipoġġu l-kuruna tal-fjuri.

    Oħt Caruana Galizia kkonfrontat direttament lil Delia u lid-delegazzjoni kollha tal-Partit Nazzjonalista li ma kinux milqugħa u talbithom jitilqu minn fuq il-post. Mhux biss hi akkużat ukoll lil Delia li qiegħed jagħmel dan kollu biex jidher.

    Il-kap tal-PN kompla b'dak li kellu jagħmel u resaq biex ipoġġi l-fjuri, liema fjuri spiċċaw biċċiet fl-art ftit tal-mumenti wara.