Ordnat iħallas kważi €90,000 wara li tajjar u qatel ieħor f'Marsalforn

    Raġel li fl-2013 qatel ieħor wara li saq għal fuqu issa ġie ordnat iħallas lill-familja tal-vittma €88,806 f’kumpens b’rabta mal-każ.

    L-inċident seħħ klien seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2013 fiż-Żebbuġ Għawdex. Gerald Galea li llum għandu 69 sena kien saq Daihatsu Terios fuq John Spiteri wara argument fuq żbir ta’ xitla maġenb il-gabbana li l-vittma u ibnu kienu jarmaw fis-sajf.

    Il-vittma kien miet fl-Isptar ta’ Għawdex ftit sigħat wara. Dwar dan il-każ Galea kien għadda ġuri fejn instab ħati u kien ikkundannat 15-il xahar ħabs biss skużabbli għax il-ġurati kkonkludew li kien ipprovokat.

    L-armla tal-vittma, Rose Spiteri kif ukoll uliedha Jonathan, Charles u Matthew fetħu kawża fl-awla tal-Qorti Ċivili bl-Imħallef Lawrence Mintoff li laqa’ t-talba tagħhom għall-kumpens. Kien għalhekk li orna lil Galea jagħti s-somma.

    Aqra wkoll: http://www.inewsmalta.com/articles/article58610.html