Kylian Mbappe se jkun l-aktar player imħallas?

    Paris Saint-Germain iridu joffru kuntratt ġdid lil Kylian Mbappeli jagħmlu l-aktar player imħallas fid-dinja.

    Iċ-champions Franċiżi akkwistaw lil Mbappe għal €191 miljun mingħand Monaco, fl-2017.

    Madankollu, l-attakkant internazzjonali Franċiż mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu minħabba li jrid jingħaqad ma’ Real Madrid.

    Għaldaqstant il-Pariġini jridu jagħtuh kuntratt b’salarju ta’ €1 miljun fil-ġimgħa.

    Bħalissa l-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi, huwa l-iktar player imħallas b’salarju ta’ 40 miljun ewro fis-sena, filwaqt li Neymar u Cristiano Ronaldo jaqilgħu €30 miljun.

    Il-kuntratt attwali ta’ Mbappe jintemm f’Ġunju 2022.