Mesut Ozil segwti minn Inter u Milan

    Jidher li f’Jannar li ġej iż-żewġ clubs ta’ Milan, Inter u AC Milan, se jidħlu f’taqtiegħa bejniethom għall-firma tal-attakkant internazzjonali Ġermaniż ta’ Arsenal, Mesut Ozil.

    Min-naħa tiegħu, dan il-player ta’ 31 sena tilef post regolari mal-Gunners u għaldaqstant irid iħalli l-Emirates Stadium.

    Iżda minħabba r-restrizzjonijiet finanzjarji taż-żewġ clubs, huma qed ifittxu li jiffirmaw lil Ozil b’self u b’għażla ta’ kuntratt permanenti.

    Il-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2021.