David De Gea jsofri injury fil-hamstring

    Il-goalkeeper internazzjonali ta’ Spanja ta’ Manchester United, David De Gea, se jkun dubjuż għall-konfront kontra Liverpool, nhar il-Ħadd li ġej, wara li fil-partita kontra l-Isvezja sofra injury fil-hamstring. Kien fis-60 minuta meta De Gea deher iżomm wara tal-koxxa wara li kklerja l-ballun ‘il fuq fejn deher li ġibed muskolu.

    Fil-ġurnata tal-Erbgħa għad irid tiġi stabbilita l-gravitá ta’ din l-injury hekk kif il-kamp ta’ Manchester United jittama li hija waħda minima biex ikun jista’ jiffaċċja lir-rivali eterni fil-Premier League Ingliż.