Milan bejn Zeki Celik u Djibril Sidibe

    Id-diriġenti ta’ Milan qed jaħdmu sabiex isibu winger għal Jannar. Hekk kif bħalissa l-kowċ Stefano Pioli għadu qed jidra l-ambjent il-ġdid tiegħu, it-trio Boban-Massara-Maldini qed jibagħtu lill-iscouts tagħhom f’diversi pajjiżi sabiex jaraw sew xi players potenzjali li jistgħu jingħaqdu mar-Rossoneri.

    Fil-logħba kontra Franza, osservatur mar f’Pariġi sabiex jara aktar mill-viċin lill-plejer Tork, Zeki Celik. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u jilgħab ma’ Lille fi Franza. Il-player jiswa €20 miljun li hi somma li l-Milanisti kapaċi jħallsuha.

    Player ieħor li qed jiġi evalwat huwa l-winger lemini Franċiż ta’ 27 sena Djibril Sidibe. Dan il-plejer bħalissa jinsab fil-kotba ta’ Monaco għalkemm jinsab misluf ma’ Everton. Minkejja kollox, il-player mhux qed isib postu mat-Toffees u għalhekk jixtieq ibiddel il-club jekk jista’ jkun f’Jannar li ġej.

    Milan qed jintensifikaw il-ħidma tagħhom fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadra f’Jannar wara bidu xejn pożittiv.