L-MGA b’nota ta’ gwida għall-operaturi tal-gaming rigward Brexit

    L-Awtorità Maltija tal-Logħob ippubblikat nota ta’ gwida dwar l-impatt li mistenni jħalli Brexit fuq il-kumpaniji tal-gaming. 

    Dawn il-linji gwida jirrelataw biss ma’ affarijiet regolatorji li huma fil-kompetenza tal-MGA. 

    L-Awtorità wissiet lill-operaturi li għandhom ikunu konxji minn konsegwenzi ulterjuri li jkunu kkawżati minn Brexit, fosthom il-protezzjoni tad-data, l-immigrazzjoni, l-impiegi, id-dazju u l-konsiderazzjonijiet dwar copyright. 

    Din in-nota hi partikolarment ta’ interess għal kumpanija li huma stabbiliti Malta u li joperaw fir-Renju Unit, jew inkella dawk fir-Renju Unit u li jipprovdu servizzi f’Malta. L-MGA tat ukoll dettalji dwar miżuri tranżitorji li hemm apposta għall-operaturi biex jiġi żgurat li dawn ikunu lesti għal Brexit u biex jevitaw xi waqfien.