Cristiano Ronaldo jiskorja s-700 goal tal-karriera

    Minkejja li l-Portugall sfaw megħluba mill-Ukrajna bl-iskor ta’ 2-1, l-attakkant Cristiano Ronaldo laħaq it-tragward personali meta skorja s-700 goal tal-karriera tiegħu.

    Il-goal tiegħu wasal fis-72 minuta minn penalty biex naqqas il-marġni tal-iskor wara li Roman Yaremchuk (6) u Andriy Yarmolenko (27) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals.

    B’dan il-goal, Ronaldo daħal fil-club tas-700 wara l-Awstrijak Josef Biscan (805), il-Brażiljani Pelé (779) u Romario (748), l-Ungeriż Ferenc Puskas (709) u l-Ġermaniż Gerd Muller (701).

    Is-700 goals tiegħu ġew skorjati mal Portugall (95), Sporting Lisbon (5), Manchester United (118), Real Madrid (450) u Juventus (32).

    Fuq livell internazzjonali, Ronaldo skorja l-aktar kontra Andorra, Armenja, Latvja u l-Isvezja b’total ta’ ħames goals. Madankollu qatt ma skorja kontra Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Ingilterra.

    Fil-livell ta’ clubs l-aktar li skorja s’issa … kontra Sevilla (27), Atletico Madrid (25), Getafe (23), Celta Vigo (20)  u Barcelona (18).