Silvio Berlusconi: Erġgħu agħtuni lil Milan taħt idejja u s-suċċessi jerġgħu jiġu

    L-ex president ta’ Milan, Silvio Berlusconi, qal li jekk ir-Rossoneri jridu jerġgħu jaraw unur ieħor, għandu jingħata ċ-ċans jerġa’ jmexxi l-amministrazzjoni tal-club.

    Huwa kien qed jirrispondi dikjarazzjoni tal-kap eżekutiv ta’ Milan, Ivan Gazidis, li qal li Elliott Management salvaw lill-ġganti Taljani milli jfallu.

    Berlusconi tenna li jekk Milan iridu jerġgħu jkunu forza fil-football Taljan u internazzjonali, hu biss jista’ jagħmel dan kollu realtá. Hu akkuża lis-sidien passati li “kissru” lill-klabb  u li fuq kollox ma jinteressahomx l-isem u l-istorja ta’ Milan iżda li jdaħħlu l-flus fil-but.

    Berlusconi għandu f’idejh it-treġija tal-club mis-Serie C Monza u għandu f’moħħu proġett ambizzjuż għal dan it-team.