Fabian Ruiz segwit minn Barcelona u Real Madrid

    Iż-żewġ ġganti tal-football Spanjol Real Madrid u Barcelona qed isegwu l-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Napoli, Fabian Ruiz. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u ilu jiġi segwit miż-żewġ timijiet Spanjoli sa minn meta telaq lil Real Betis ftit taż-żmien ilu.

    Ma’ Napoli hu qed jispikka bil-coach Carlo Ancelotti  mhux lest li jneħħiħ. Min-naħa l-oħra kemm il-Merengues kif ukoll il-Blaugrana lesti joffru somma tajba sabiex jaslu għalih.

    Il-Partenopei kienu xtrawh għal €30 miljun mingħand Real Betis iżda din is-somma se tikber żgur, iktar u iktar meta hemm urġenza kbira għalih.

    Jista’ jkun li f’Jannar li ġej dan il-player ikun imsemmi ħafna fis-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.