David Beckham jifraħ lil Sergio Ramos

    L-ex player internazzjonali Ingliż David Beckham faħħar lid-difensur Spanjol Sergio Ramos tar-rekord li għadu kemm kiser mat-team nazzjonali Spanjol. Fil-fatt il-player ta’ Real Madrid qabeż lill-goalkeeper Iker Casillas fil-preżenzi għal pajjiżu meta lagħab il-168 partita fid-draw ta’ 1-1 kontra n-Norveġja, is-Sibt li għadda.

    Id-difensur ċentrali ta’ 33 sena għamel id-debutt tiegħu fis-sena 2005 u kompla jimpressjona fil-logħob tiegħu minkejja l-karattru xi ftit aggressiv tiegħu.

    Beckham, li kien jilgħab ma’ Ramos fi żmien li kien jilbes il-flokk ta’ Real Madrid, faħħar l-attitudni professjonali tiegħu u qal li għandu jkun kburi b’dak li rnexxielu jagħmel.

    Fuq il-profil tiegħu fuq Instagram, Beckham ġab ritratt tiegħu ma’ Ramos meta kienu għadhom kollegi ma’ Real Madrid filwaqt li kiteb hekk:

    “My friend, Mi Amigo”.