Rebecca Pace u Yosef Vassallo se jirrapreżentaw lil pajjiżna f'konkors tas-sbuħija fil-Polonja

    Is-Sibt li għadda ġew inkurunati żewg rebbieħa ġodda tal-Miss u Mister Supranational Malta 2019.

    Rebecca Pace u Yosef Vassallo se jkunu ż-żewġ rappreżentanti Maltin li se jikkompetu fil-konkors tal-Miss and Mister Supranational li se jsir ġewwa Silesia, fil-Polonja.

    Fil-kategorija femminli Martine Cutajar ikklasifikat fit-tieni post waqt li Matthea Fabri ġiet it-tielet. Fil-kategorija maskili John Wayne Xerri kiseb it-tieni post u Ilyan Seychell ġie fit-tielet post.

    Martine Cutajar rebħet ukoll Miss Personality u Most Beautiful Face by Artdeco, filwaqt li Ilyan Seychell ħa Best Physique. Din is-serata kienet organizzata mill-Vogue Model Management.