Madwar 800 mara affiljati mal-ISIS jaħarbu minn kamp fis-Sirja kaġun tal-attakki mit-Turkija

    Madwar 800 mara affiljati mal-Istat Iżlamiku u t-tfal tagħhom ħarbu minn kamp fejn kienu qed jinżammu fit-Tramuntana tas-Sirja wara li l-inħawi fejn jinsab il-kamp safa attakkat mill-qawwiet Torok.

    L-amministrazzjoni reġjonali, li hija mmexxija mill-Kurdi, fi stqarrija qalet li 785 barranin li huma affiljati mal-ISIS ħarbu mill-kamp ta’ Ain Issa.

    F’dik li apparentament kienet referenza għar-ribelli appoġġjati mit-Turkija, l-amministraturi qalu li l-“merċenarji” kienu attakkaw l-kamp u dan wassal biex ħarbu numru ta’ persuni li kienu qed jinżammu fih.

    Ritratti ippubblikati mill-Osservatoru Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem juru għadd ta’ persuni jaħarbu mill-kamp ta’ Ais Issa (ritratt).

    Rapporti qed jgħidu li fost dawk li ħarbu kien hemm Tooba Gondal, mara ta’ 25 sena, li kienet meqjusa bħala waħda mill-persuni ewlenin li kienet tirrekluta barranin. Hija kienet qed tgħix fil-kamp flimkien maż-żewġ uliedha wara li kienet inqabdet tipprova taħrab lejn it-Turkija wara li kienet waqgħet l-aħħar fortizza tal-ISIS fis-Sirja, Baghuz.