Tifel bl-awtiżmu jitkellem għall-ewwel darba wara li rċieva t-trattament taż-żejt tal-marijuana

    Kalel Santiago, tifel mill-Puerto Rico, ta’ għaxar xhur kien iċċertifikat li qiegħed ibati minn kanċer rari bl-isem ta’ neuroblastoma. Wara numru ta’ trattamenti bil-għan li jkun ikkurat għal dan il-kanċer rari, il-ġenituri ta' Kalel ħadu l-aħbar li binhom kien qiegħed ibati wkoll mill-kundizzjoni tal-awtiżmu f’livell sever. Konsegwenza ta’ dan, Kalel ma kienx se jkun jista’ jlissen kelma waħda.

    Il-ġenituri tiegħu nefqu kull sold jittrasferixxu lil Kalel minn skola għall-oħra u jieħduh għand diversi terapisti tad-diskors. Minkejja dawn l-isforzi kollha biex binhom jkun jista’ jikkommunika verbalment, ir-riżultati kienu kollha fin-negattiv. 

    Wara ħafna żmien, il-ġenituri semgħu biż-żejt tal-marijuana, li allegatment seta’ jgħin lil Kalel jnissel l-ewwel kelma tiegħu. Wara numru ta’ donazzjonijiet, il-ġenituri rnexxielhom jixtru flixkun żejt tal-marijuana, magħruf aħjar bħala C Oil jew cannabidiol. Għal jumejn sħaħ, il-ġenituri ta' Kalel kienu jisprejjaw dan iż-żejt f'ħalqu. B’mod mirakolużament, wara dawn il-jumejn, Kalel, għall-ewwel darba, nissel l-ewwel kelmiet tiegħu. 

    It-tabib li kien jara lil Kalel, qal li l-imġiba tiegħu qabel ma beda jitkellem kienet waħda ta' frustrazzjoni. "Appena beda jitkellem, l-imġiba tiegħu kkalmat u kull meta jisma' leħnu jinfaqa' jidħaq," ikkonkluda jgħid Dr. Martinez.