Adrien Rabiot qed jikkunsidra l-futur tiegħu ma’ Juventus

    Adrien Rabiot qed jikkunsidra l-futur tiegħu ma’ Juventus minkejja li ngħaqad magħhom fis-sajf li għadda bħala aġent liberu.

    Rabiot li fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Paris St Germain, ġie utilizzat f’żewġ logħbiet biss mal-Bianconeri.

    Jidher li l-internazzjonali Franċiż ma jinsabx fil-pjani tal-coach il-gdid tal-Bianconeri, Maurizio Sarri, li jippreferi lit-trio, Blaise Matuidi, Sami Khedira u Miralem Pjanic, fis-settur ta’ nofs il-ground.

    Jidher li l-player ta’ 24 sena qed jerga’ jikkunsidra l-futur tiegħu wara bidu diffiċli f’Turin.

    Il-kuntratt attwali ta’ Rabiot maċ-champions Taljani jintemm f’Gunju 2023.