Żagħżugħ bi ġrieħi serji wara ħabta fil-Fgura

    Żagħżugħ ġarrab ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Hompesch fil-Fgura.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti ż-Żejtun kien tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip BMW 320D u ħabat f’vettura tat-trasport pubbliku misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-isptar Mater Dei għall-kura. 

    Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxijja mill-Maġistrat tal-għassa Dr Natasha Galea Sciberras.

    L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.