Stefano Pioli - it-tmien coach ta’ Milan u Inter

    Hekk kif Stefano Piol ffirma ma’ Milan, huwa sar it-tmien coach li mexxa liż-żewġ timijiet rivali tal-belt ta’ Milan.

    L-ewwel coach li mexxa liż-żewġ naħat kien Jozef Viola, li kien fil-kariga ta’ Ambrosiana-Inter fl-1928-29 u wara fl-1933-34 qasam għan-naħa l-oħra.

    Giuseppe Bigogno wassal lil Milan għat-tieni post u wara fl-1958 dam nofs staġun ma’ Inter.

    Fl-1981-82 Gigi Radice ġie mkeċċi minn Milan iżda fl-1983-84 kellu iktar suċċess ma’ Inter.

    Eċċezzjoni rari huwa Ilario Castagner meta mar dritt minn Milan fis-Serie B għal ma’ Inter fl-istaġun ta’ wara.

    Fil-karriera twila tiegħu, Trapattoni kien coach ta’ Juventus, Milan fl-1973-74 u wara kiser rekords tas-Serie A ma’ Inter fl-1988-89.

    Alberto Zaccheroni rebaħ l-Iscudetto mar-Rossoneri fl-1998-99 u wara fl-2003-04 għamel żmien qasir ma’ Inter.

    L-iktar riċenti kien Leonardo, li kien fuq il-bankina ta’ Milan fl-2009-10 u wara sieħeb lil Inter f’Diċembru 2010 sa Ġunju 2011, fejn kien rebaħ il-Coppa Italia.

    Huwa rritorna bħala direttur mar-Rossoneri qabel ma fis-sajf li għadda ħalla l-kariga biex ingħaqad ma’ Paris St-German fi Franza.