Manchester United iridu lil Declan Rice u Kalidou Koulibaly

    Manchester United qed jikkonsidraw imorrux għall-midfielder ta’ West Ham u l-Ingilterra, Declan Rice, 20 sena, u għad-difensur ta’ Napoli u s-Senegal, Kalidou Koulibaly, 28 sena, irrispettivament mill-futur tal-manager Olé Gunnar Solskjaer.

    Il-United huma kommessi li jagħtu iktar ċans lin-Norveġiż biex idawwar il-fortuni tal-club minkejja li qed ikollhom l-agħar bidu fi 30 sena. Iżda skond rapport ieħor il-bord lest li jkeċċih mill-kariga jekk fl-aħħar tax-xahar jitilfu kontra Norwich City.

    Sadanittant l-ex manager tal-Ingilterra, Sam Allardyce, qal li huwa possibbli li dan l-istaġun il-United jistgħu jiġu relegati mill-Premier League.