Genaro Gattuso jew Gianni de Biasi fit-tmun ta’ Sampdoria?

    Jidher li għadu ma ntlaħaqx ftehim bejn l-ex coach ta’ Milan Gennaro Gattuso u l-club ta’ Sampdoria li għadhom qed ifittxu dak il-bniedem li jista’ jmexxi r-riedni tat-team għall-kumplament tal-istaġun. Wara li jumejn ilu tkeċċa l-coach Eusebio di Francesco, ix-xniegħa kienet li Gattuso seta’ jkun fuq il-bank tal-Blucerchiati. Madankollu l-ftehim mal-ex player internazzjonali Taljan jinsab wieqaf.

    Sadanittant fl-aħħar sigħat qed jissemma’ isem ieħor fil-kurituri tal-club minn Genova. Dan huwa Gianni de Biasi li għandu 63 sena u li jġorr miegħu esperjenza notevoli ma’ diversi clubs tas-Serie A fosthom Torino, Brescia u Udinese. Dan il-coach kien saħansitra jmexxi lit-team nazzjonali tal-Albanija filwaqt li għamel xi żmien fuq il-bank ta’ Levante u Alaves fi Spanja.

    Min ikun coach ta’ Sampdoria għandu biċċa xogħol diffiċli hekk kif it-team jinsab fl-aħħar post tal-klassifika bi tliet punti biss miksuba minn seba’ partiti.