Paul Pogba jibqa’ fir-radar ta’ Juventus

    Idea li qed terġa’ tberren f’moħħ id-diriġenti ta’ Juventus hi dik li jerġgħu jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Manchester United, Paul Pogba. Minkejja li ilhom jiġru warajh, iċ-champions Taljani qatt ma rnexxielhom jilħqu ftehim mar-Red Devils minħabba kull tentattiv dejjem sfaxxa fix-xejn. L-idea hi li f’Jannar id-direttur sportiv Fabio Paratici jerġa’ jittanta xortih għal darb’oħra fost din id-darba jġibha żewġ.

    Din ix-xniegħa qed tiġi msaħħa minħabba l-fatt li bħalissa Manchester United xejn m’huma sejrin tajjeb u apparti minn hekk hemm il-ħtieġa li jixtru xi players sabiex jimlew xi rwoli vakanti. Żgur li l-flus li jġibu minn Pogba jkunu jistgħu jakkwistaw is-servizzi ta’ plejers oħra. Wieħed mil-lista ewlenija se jkun Mario Mandzukic li ġie mwarrab minn Juventus u qed jistenna Jannar sabiex ikun jibda avventura ġdida.