Juan Cuadrado juri l-aħjar tiegħu ma’ Juventus

    Il-wirjiet li qed jagħti l-winger Kolombjan Juan Cuadrado sa fl-aħħar ikkonvinċew lid-diriġenti ta’ Juventus sabiex mhux biss iżommuh iżda wkoll iżidulu l-kuntratt tiegħu li preżentement jiskadi fis-sena 2020.

    Wara li l-winger lemini Douglas Costa weġġa’ ftit tal-jiem ilu, Cuadrado ingħata fiduċja mill-kowċ Maurizio Sarri u din l-għażla tagħtu raġun minħabba li l-player ta’ 31 sena qed ikun strumentali fil-logħob impressjonanti li qed juru l-Bianconeri.

    Cuadrado ngħaqad b’self ma’ Juventus fis-sena 2015 u tant ikkonvinċa li l-club akkwistah sentejn wara. Matul dan is-sajf kien hemm ix-xniegħa li seta’ jiġi trasferit ma’ xi team ieħor. Minkejja kollox, l-ogħla awtoritajiet tal-club xejn ma jiddispjaċihom li Cuadrado baqa’ magħhom minħabba li qed juri l-aqwa logħob tiegħu possibbli.