Napoli jridu jġeddu l-kuntratt ta’ Piotr Zielinski

    Napoli jixtiequ jġeddu l-kuntratt tal-player ta’ nofs il-ground tagħhom Piotr Zielinski. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u diġá ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2016 fejn lagħab 108 partiti u skorja 15-il goal. Minkejja r-rieda tal-Partenopei li jġeddu dan il-ftehim mal-player Pollakk, hemm intopp li qed ixekkel dan kollu.

    Fil-fatt jidher li fil-kuntratt tal-ex player ta’ Udinese u Empoli hemm klawsola li tiswa €60 miljun bil-president tal-club Aurelio de Laurentis li jrid iżidha għal €120 miljun fit-tentattiv li ma jkunx hemm tim ieħor interessat fih.

    Il-kuntratt tal-player Pollakk jiskadi fis-sena 2021. Huwa qed ikun regolari fl-ewwel 11 tal-coach Carlo Ancelotti.