Jibqa' jinżamm arrestat l-anzjan ta' 87 sena li nhar it-Tnejn li għadda spara u darab ħafif lil raġel fix-Xewkija

    Anzjan ta’ 87 sena mix-Xewkija baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li nhar it-Tnejn li għadda spara tir b’arma tan-nar u kkaġuna feriti ħfief lil raġel ta’ 35 sena mix-Xewkija wkoll. L-anzjan kien akkużat ukoll li għamel diversi ħsarat u li kellu arma fil-pussess tiegħu mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.

    L-argument bejn iż-żewġt irġiel seħħ fix-Xewkija stess għall-ħabta tal-10.20 a.m. fi Triq is-Salib.

    Filwaqt li l-anzjan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrija, il-Maġistrat Paul Coppini ma tahx il-ħelsien mill-arrest.

    Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.