Thomas Muller irid jitlaq lil Bayern Munich

    Thomas Muller ħabbar li jrid iħalli lil Bayern Munich, f’Jannar li ġej.

    Fil-karriera tiegħu huwa lagħab aktar minn 500 partita għal Bayern fil-kompetizzjonijiet kollha fejn skorja 186 goal ... u magħhom rebaħ tmien darbiet il-kampjonat.

    Iżda f’dan l-istaġun ġie utilizzat tliet darbiet biss u għaldaqstant jinsab frustrat li qed isaħħan il-bank tas-sostituti.

    Inter, Liverpool u Arsenal,kollha qed juru interess f’dan il-player ta’ 30 sena li kapaċi jilgħab fi tliet pożizzjonijiet differenti.

    Il-kuntratt attwali tiegħu jintemm f’Ġunju 2021.