Chelsea jridu €25 miljun għal Michy Batshuayi

    Chelsea qed jitolbu €25 miljun għal Michy Batshuayi wara li Crystal Palace wrew interess fis-servizzi tiegħu, tant, li jridu jiffirmawh f’Jannar li ġej.

    L-attakkant internazzjonali Belgjan skorja ħames goals fi 11-il logħba fil-Premier League meta fl-istaġun li għadda kien b’self mal-Palace.

    L-istess Batshuayi jinsab frustrat bin-nuqqas ta’ football regolari wara li lagħab biss 44 minuta f’dan l-istaġun.

    Jidher li l-Eagles se jagħmlu offerta ta’ dan il-player ta’ 26 sena iżda l-Pensioners mhumiex lesti li jħallu lil dan il-player jitlaq b’inqas minn €25 miljun.