José Mourinho ma’ Tottenham Hotspur?

    José Mourinho jista’ jikkunsidra offerta mingħand Tottenham jekk Mauricio Pochettino jħalli lill-club.

    Il-coach Portugiż li għandu 56 sena u li ġie mkeċċi minn Manchester United lejn tmiem l-istaġun li għadda, fil-preżent huwa opinjonista ma’ diversi stazzjonijiet televiżivi.

    Iżda matul dawn l-aħħar ġimgħat huwa ġie assoċjat ma’ Real Madrid minħabba l-pressjoni qawwija fuq il-coach, Zinedine Zidane, li jista’ jitlef postu.

    Madankollu Mourinho qed jissorvelja mill-qrib ukoll l-iżviluppi fil-club ta’ Spurs wara li tilfu erbgħa mill-aħħar ħames logħbiet.

    Huwa diġá rrifjuta offerti mingħand Benfica u Guangzhou Evergrande taċ-Ċina.