Josef Bugeja jżur l-istand tal-GWU fil-Freshers’ Week tal-MCAST

    Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) Josef Bugeja żamm l-appuntament annwali tiegħu meta żar l-istand tal-GWU Youths fil-Freshers’ Week tal-MCAST fejn innota b’sodisfazzjon li numru sabiħ ta’ żgħażagħ, fl-aħħar jiem, għażlu li jissieħbu fi ħdan il-GWU. Huwa żied jinnota wkoll li f’dawn l-aħħar snin, numru ta’ studenti għażlu li jagħmlu l-perjodu tal-apprentistat tagħhom ġewwa l-bini tal-GWU.