Qabda ta' 14-il kaxxa tal-kartun b’madwar 40 kg ħaxixa tal-kannabis

    Żewġt irġiel Sqallin, wieħed minnhom residenti San Pawl il-Baħar ġew arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga. Dan wara li ġiet interċettata vettura fis-Swieqi li kienet mgħobbija b’14-il kaxxa tal-kartun b’madwar 40 kilogramma ħaxixa tal-kannabis.

    Raġel Malti ta’ 61 sena residenti Santa Venera ukoll qed jiġi interrogat b’rabta ma’ dan il-każ.

    Il-Maġistrat tal-Għassa N. Camilleri ġie informat bis-sejba u ħatar diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta.

    L-Isqallin mistennija jitressqu l-Qorti b’arrest għada quddiem il-Maġistrat C Galea akkużati fost oħrajn b’assoċjazzjoni fl-importazzjoni u pussess aggravat tal-ħaxixa kannabis. Mhux eskluż li l-Malti jitressaq ukoll b’akkużi simili.