Anzjan ikorri gravi wara li jintlaqat minn vann f'Raħal Ġdid

    Anzjan minn Raħal Ġdid sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 a.m. fi Pjazza Antoine de Paule, bl-anzjan ta’ 86 sena jintlaqat minn vann tal-għamla Isuzu D-Max li kien misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Għargħur.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.