[AĠĠORNAT] Sparatura f'sinagoga fil-Ġermanja … Żewġ persuni mejtin … Filmat allegatament juri l-aggressur jispara

    AĠĠORNAT - 14.03: Sezzjoni tal-midja lokali qed tgħid li wieħed mill-aggressuri nqabad mill-Pulizija. Dan allegatament huwa raġel Musulman magħruf mal-awtoritajiet lokali bħala Mimon B.

    Jidher li Mimon anke xandar filmat fuq Youtube fejn saħaq l-intenzjoni tiegħu li jwettaq l-attall.

    Intant filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali juri lil raġel joħroġ minn vettura u jispara tiri fi triq. Uħud mill-midja qed jirreferu għall-persuna li tidher f'dan il-filmat bħala li allegatament huwa l-aggressur.

    AKTAR QABEL: Il-Pulizija Ġermaniża qed tfittex għal raġel wara li spara u qatel mill-inqas żewġ persuni preżenti f’sinagoga. Rapporti lokali għall-bidu kienu qed jindikaw li f’dan l-attakk inqatlu diversi persuni, b’ħafna oħrajn jisfaw midrubin. L-isparatura seħħet fil-belt ta’ Halle fil-Lvant tal-Ġermanja.

    Il-Pulizija Ġermaniża wissiet li l-aggressur kien ħarab minn fuq il-post u saħqet lin-nies tal-post biex jibqgħu f’darhom.

    Il-ġurnal Ġermaniż “Bild” qed jirrapporta li ntefgħet ukoll hand grenade f’ċimiterju tal-Lhud.

    Il-pulizija lokali intant permezz tal-midja soċjali konfermaw li ġew sparati diversi tiri, b’żewġ persuni jiġu kkonfermati li nqatlu. Huma mhux qed jeskludu li l-attakk twettaq minn aktar minn persuna waħda.

    L-operatur nazzjonali tal-ferrovija Deutsche Bahn qalet li l-istazzjon ewlieni ta’ Halle għalissa ngħalaq bħala prekawzjoni.