Il-laqgħa tal-Ministri Ewropej fil-Lussemburgu deskritta bħala “falliment”

    Il-laqgħa tal-Ministri Ewropej li saret fil-Lussemburgu, ġiet deskritta bħala li kienet falliment. Din il-laqgħa kienet dwar l-immigrazzjoni, u organizazzjonijiet umanitarji ddeskrivew din il-laqgħa bħala li ma kellhiex suċċess u dan għax ma kienx hemm qbil fuq mekkaniżmi ta’ rilokazzjonijiet ta’ immigranti.

    Lanqas ma kien hemm qbil dwar miżuri ġodda biex iwaqqfu l-imwiet ta’ immigranti fil-baħar. L-istess organizazzjonijiet qalu li ma kien hemm ebda deċiżjoni dwar kif se tintemm il-pressjoni fuq għaqdiet mhux governattivi fis-salvataġġi u biex ikun hemm rotot siguri għall-immigranti.