Ara x’għandek tagħmel meta tħoss terremot

    Il-Grupp ta’ Monitoraġġ u Riċerka Sismika (SMRG) fi ħdan l-Università ta’ Malta ppubblikat proċeduri li wieħed għandu jagħmel fl-eventwalità ta’ terremot.

    Il-grafika ppubblikata fuq il-profil soċjali tal-grupp juri diversi xenarji, fosthom x’wieħed għandu jagħmel meta jkun barra mid-dar, waqt li jkun qed isuq, id-dar jew f’binja oħra, u anke fir-rigward ta’ persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.

    Dan wara li diversi persuni, l-aktar mit-Tramuntana ta’ Malta, tard ilbieraħ filgħaxija ħassew theżżiża għall-ħabta tal-10.24 p.m., bit-theżżiża tlaħħaq il-qawwa ta’ 3.4 fuq l-Iskala Richter.

    Minkejja li matul is-sena jkunu diversi t-theżżiżiet li jinħassu madwar il-Gżejjer Maltin, l-aħħar waħda li nħasset minn diversi lokalitajiet tmur lura għal Jannar tal-2016, bit-theżżiża jkollha qawwa ta’ 4.4 fuq l-Iskala Richter.