Titjira tinżel Katanja minflok f'pajjiżna kaġun tal-maltemp … Tinbidel ir-rotta meta kienet mili biss ’il barra minn Għawdex

    Il-maltemp li laqat lil pajjiżna kmieni dalgħodu ma ħalliex biss kaos fit-toroq, iżda saħansitra kellhom anke effett f’dawk li kienu titjiritiet.

    Tant li titjira operata mil-linja tal-ajru Swiftair, bir-reġistrazzjoni EC-KLR, kellha tbiddel ir-rotta u tinżel fl-ajruport ta’ Fontanatossa f’Katanja. It-titjira telqet mill-ajruplan ta’ Cologne Bonn.

    Id-deċiżjoni biex issir bidla fir-rotta tat-titjira ttieħdet proprju fl-aħħar stadji tat-titjira meta kienet biss ftit mili ’l barra minn Għawdex.

    L-ajruplan inkwistjoni kien tat-tip Boeing 737-3Q8(SF).