Jinfetħu bibien is-sema … It-toroq ikkaratterizzati minn zkuk imqaċċtin, kwantit√† kbira ta' ilmijiet u traffiku

    Il-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin kmieni dalgħodu wassal mhux biss biex jinħoloq traffik aktar min-norma, iżda anke saħansitra tqaċċtu friegħi u zkuk tas-siġar.

    Kienu diversi r-ritratti u l-filmati li kienu ppubblikati fuq il-midja soċjali biex juru wkoll l-ammont ta’ ilmijiet li nġabru fit-toroq hekk kif f’temp ta’ ftit ħin niżlet kwantità konsiderevoli ta’ xita. Ir-ritratt anness juri siġra fl-inħawi tas-sur ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta li tqaċċtulha zkuk kaġun tar-riħ qawwi u x-xita qliel li niżlet.