Diversi persuni jħossu theżżiża fit-Tramuntana ta' Malta tard ilbieraħ filgħaxija

    Tard ilbieraħ filgħaxija fit-Tramuntana ta’ Malta, b’mod partikolari f’Għawdex inħasset theżżiża. Informazzjoni mill-uffiċċju siżmiku tal-Università ta’ Malta turi li t-theżżiża kellha qawwa ta’ 3.4 fuq l-Iskala Richter.

    It-theżżiża nħasset għall-ħabta tal-10.24 p.m.

    Minkejja li matul is-sena jkunu diversi t-theżżiżiet li jinħassu madwar il-Gżejjer Maltin, l-aħħar waħda li nħasset minn diversi lokalitajiet tmur lura għal Jannar tal-2016, bit-theżżiża jkollha qawwa ta’ 4.4 fuq l-Iskala Richter.