Pep Guardiola lest li jwarrab ….

    Il-manager ta’ Manchester City,  Pep Guardiola, sostna li lest li jwarrab jekk l-affarijiet ma jkunux skond il-pjani biex jisfida lil Liverpool għar-rebħ tat-titlu.

    Dan qalu fi ktieb li se jiġi ppubblikat fl-24 ta’ dan ix-xahar, bl-isem ta’ “Pep’s City: The making of a Superteam’.

    Huwa sostna li minkejja teżisti relazzjoni tajba bejnu u  bejn iċ-chairman tal-club, Khaldoon Al Mubarak, xorta waħda jirriżenja mill-kariga tiegħu jekk ma jingħatax dak li jitlob għall-ġid tat-team.

    Barra minn hekk, il-fatt li jinsabu tmien punti taħt il-leaders Liverpool, huwa se jieħu deċiżjonijiet drastiċi  fuq il-players speċjalment fil-perjodu tal-festi tal-Milied.