Julian Nagelsmann minflok Ole Gunnar Solksjaer?

    Bil-pressjoni dejjem qed tikber fuq il-manager ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solksjaer, li jitlef postu wara serje ta’ riżultati negattivi, teżisti possibbiltá li l-coach ta’ RB Leipzig, Julian Nagelsmann,  jista’ jiġi kunsidrat li jkun is-suċċessur tiegħu.

    Minkejja l-etá tenera ta’ 32 sena, Nagelsmann huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa coaches fil-Bundesliga, tant, li huwa mlaqqam bħala l-‘Baby Mourinho’. Huwa beda jsegwi l-karriera ta’ coach mindu kellu 20 sena wara li injury kerha temmitlu l-karriera ta’ player.