Mancini jrid lil Gabriel Martinelli mal-Italja

    Il-coach tat-team nazzjonali Taljan Roberto Mancini ħeġġeġ lill-Federazzjoni Taljana tal-Football sabiex tirsisti u ġġib il-permessi kollha meħtieġa biex l-attakkant żagħżugħ ta' Arsenal, Gabriel Martinelli,ikun jista' jilgħab mal-Azzurri. Il-player ta' 18-il sena twieled fil-belt Brażiljana ta' Guarulhos iżda jingħad li huwa eliġibbli li jilgħab għat-team nazzjonali Taljan minħabba n-nazzjonalitá ta' missieru. Fuq kollox l-istess Mancini ċempel lil Martinelli sabiex iwarrab l-idea li jilgħab mal-Brażil u minflok jilbes il-flokk blú.
    Mancini hu
    wa konxju li l-proċess sabiex il-FIGC iġġib il-permessi kollha meħtieġa jieħdu ż-żmien u għalhekk lest li jistenna bil-paċenzja kollha.
    Martinelli qed jispikka ferm ma' Arsenal kemm fil-
    Kampjonat Premier Ingliż kif ukoll fil-UEFA Europa League.