Matthijs De Ligt determinat li jirnexxi ma' Juventus

    Id-difensur ta' Juventus Matthijs de Ligt ċaħad bil-qawwa kollha spekulazzjonijiet li kienu qed jingħaddu li l-coach Maurizio Sarri talbu biex isegwi dieta partikolari. De Ligt qal li l-ġurnali m'għandhomx biex jimlew l-ispazji tagħhom u għalhekk qabdu miegħu. L-ex player ta' Ajax sabha xi ftit diffiċli li jadatta fil-ħajja ġdida tiegħu f'Turin b'wirjiet li kienu d-dell ta' dak li kien qed ikollu fl-Olanda.

    Madankollu f'dawn l-aħħar ġimgħat il-player żagħżugħ qed jirpilja fil-logħob tiegħu u qed jifforma koppja tajba mal-player veteran Leonardo Bonucci. Fin-nuqqas ta' Giorgio Chiellini li jinsab imweġġa' u mistenni jidħol f'Marzu li ġej, il-coach Maurizio Sarri ta r-responsabbiltáf’dan id-dipartiment tant importanti lill-player ta' 20 sena fl-ewwel sena tiegħu maċ-champions Taljani.
    De Ligt temm jgħid li hu jinsab iffukat sabiex ikollu partititajbin ma' Juventus.