Olympique Lyon ineħħu l-coach

    Il-club Franċiż ta' Olympique Lyon ħabbru li neħħew mill-kariga lill-coach Sylvinho wara sensiela ta' riżultati negattivi. Fil-fatt minkejja l-bidu impressjonanti b'rebħiet kbar ta' 3-0 u 6-0 kontra Monaco u Angers rispettivament, Lyon naqsu li jirrepetu dawn il-bravuri tant li tilfu numru ta' logħbiet fil-Ligue 1 Franċiża inkluża dik ta' 2-0 li kellhom f'nofs il-ġimgħa l-oħra kontra RB Leipzig fil-UEFA Champions League.
    Sylvinho kien ilu fil-kariga ma' Olympique Lyon sa minn Mejju ta' din is-sena u skont id-direttur sportiv tal-
    club, Juninho Pernabucano, naqas li jħalli l-impatt mixtieq fil-club.
    L-ogħla awtoritajiet tal-
    club qed ifittxu sostitut għalih qabel ma jerġgħu jkomplu bl-impenji tagħhom fil-kampjonat Franċiż fid-19 ta' Ottubru kontra Dijon.