Tintemm l-avventura qasira ta' Eusebio Di Francesco ma' Sampdoria

    "Ninsab diżappuntat iżda għall-ġid tal-club, din hija l-aħjar soluzzjoni." Dawn kienu l-ewwel kelmiet li lissen l-excoach ta' Sampdoria, Eusebio di Francesco, sigħat wara li tneħħa mit-tmexxija tal-Blucerchiati bi qbil unanimu.  L-excoach ta' Roma u Sassuolo kien ilu biss erba' xhur fil-kariga wara li ffirma kuntratt ta' tliet snin mat-team minn Genova. Minkejja kollox ir-riżultati  baqgħu ma waslux tant li t-team tilef sitta mis-seba' partiti li lagħab.
    Di Francesco kien ħa post Marco Giampaolo fuq il-bank ta' Sampdoria bl-ironija hi li anke dan tal-aħħar
    ġie mkeċċi minn Milan.
    F'komunikat li ħarġu fuq is-sit tal-
    club, l-ogħla awtoritajiet ta' Sampdoria irringrazzjaw lil Di Francesco għax-xogħol li għamel filwaqt li awgurawlu kull suċċess għall-futur.