Zlatan Ibrahimovic onorat bi statwa

    Il-player leġġendarju Svediż, Zlatan Ibrahimovic, ġie onorat f’belt twelidu, f’Malmo, l-Isvezja, meta kixef statwa tal-bronż tiegħu stess li nbniet barra l-Malmo Stadium u li kienet ikkummissjonata mill-FA Svediża biex tonora lill-aqwa skorer ta’ kull żmien.

    L-istatwa hija xogħol tal-iskultur Peter Linde,  hija għolja 8.9 piedi u ħadet erba’ snin biex tinħadem.