Bastian Schweinsteiger iħabbar li rtira mill-karriera professjonali

    Il-player leġġendarju Ġermaniż, Bastian Schweinsteiger, ħabbar li rtira mill-karriera professjonali tiegħu.

    Huwa ħabbar dan fuq is-social media wara karriera ta’ 17-il sena fejn lagħab ma’ Bayern Munich, Manchester United u Chicago Fire.

    Schweinsteiger, li għandu 35 sena, rebaħ bosta unuri fosthom tmien darbiet il-Bundesliga, seba’ darbiet it-Tazza Ġermaniża, darba l-League Cup u s-Super Cup Ġermaniża,  darba l-UEFA Champions League u t-Tazza tad-Dinja, fl-2014, li fiha kien il-captain tal-Ġermanja.

    Huwa rebaħ ukoll darba l-FA Cup ma’ Manchester United.