Milan ikeċċu lill-coach Marco Giampaolo

    It-Tlieta wara nofs in-nhar, il-club ta’ Milan ħabbar li temm ħesrem il-kuntratt tal-coach, Marco Giampaolo.

    Dan seħħ minħabba sensiela ta’ riżultat negattivi tant li bħalissa jinsabu fit-13-il post  tal-klassifika tas-Serie A. Komunikat maħruġ mill-club, kien jgħid li l-club wasal f’deċiżjoni unanima biex itemm il-kuntratt  ta’ Giampaolo fit-tmexxija tat-team filwaqt li rringrazzjah tas-servizzi tiegħu u awguralu kull suċċess fil-karriera tiegħu.

    Taħt il-gwida tiegħu, ir-Rossoneri akkwistaw disa’ punti biss minn seba’ partiti fejn tnejn mit-tliet rebħiet waslu kontra t-timijiet promossi ta’ Brescia u Verona ... bl-oħra tkun kontra Genoa li jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar.