Jinstabu l-fdalijiet ta' ħames iljunfanti oħra... l-iljunfanti mietu f'tentattiv li jsalvaw ferħ

    Il-fdalijiet ta’ ħames iljunfanti oħra nstabu qalb il-fdalijiet fejn kienu nstabu sitta oħra qabel.

    Skont l-ewwel rapporti kien intqal li sitt iljunfanti selvatiċi għerqu wara li waqgħu minn fuq waterfall f’park nazzjonali fit-Tajlandja. 

    B’hekk l-ammont ta’ iljunfanti li tilfu ħajjithom waqt li kienu qegħdin jippruvaw isalvaw ferħ li kien spiċċa waqa’ għal isfel tela’ għal 11.

    Skont l-awtoritajiet jidher li b’kollox kien hemm grupp ta’ 13-il iljunfant. Sfortunatament tnejn biss irnexxielhom isalvaw u jinsabu f’kundizzjoni tajba.