Godfrey Farrugia jwissi dwar il-5G

    Id-deputat indipendenti Godfrey Farrugia ippreżenta fil-Parlament numru ta' dokumenti f'isem il-Human Health Alliance biex jesprimi t-tħassib tiegħu u tal-imsemmija għaqda dwar il-ħsieb tal-Gvern fuq il-5G.

    Farrugia ilu jesprimi l-biża' tiegħu li dawn ir-raġġi jistgħu qed jikkawżaw ħsara fis-saħħa tal-bniedem u fakkar kif it-talba li kien għamel biex il-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa jiddiskuti dan is-suġġett għadha ma ntlaqitx.

    It-Tabib Farrugia, li ftit ilu rriżenja mill-Partit Demokratiku kif għamlet martu Marlene, ilu juri d-dubji tiegħu dwar kemm din is-sistema teknoloġika tista' tkun ta' dannu għal seħħet in-nies.

    Fl-2015 il-Gvern Malti kien iffirma 'memorandum of understanding' mal-kumpanija Huawei biex il-kumpanija Ċiniża tkun tista' tniedi din is-sistema ġdida f'pajjiżna.