Jason Azzopardi ma jafx li l-Pulizija għandha DNA database

    Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma kienx jaf li l-Pulizija għandna DNA database.

    Huwa staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia jekk il-Korp tal-Pulizija waqqafx din id-database li, skont hu, hija kruċjali fil-ġlieda kontra kriminalita li taqbeż il-fruntieri.

    Fit-tweġiba tiegħu għal din il-mistoqsija Farrugia iddikjara li l-Pulizija fil-fatt għandha diġà din id-database.